Il-portijiet kollha fl-Italja ngħalqu f’deċiżjoni bla preċedent mill-Ministru tal-Intern ġdid Matteo Salvini ftit tal-ħin wara li l-bastiment Aquarius salva 629 immigranti fil-Baħar Mediterran. Id-deċiżjoni ttieħdet wara qbil mal-Ministru tal-Infrastruttura Danilo Toninelli.
F’ittra indirizzata lill-awtoritajiet Maltin, Matteo Salvini għadda messaġġ lil Malta: “Malta trid taċċetta s-629 immigranti salvati fl-aħħar ħin. Il-Port tagħkom huwa l-aktar sigur f’dan il-mument.”
Salvini wissa’ li l-portijiet Taljani se jibqgħu magħluqa sakemm l-awtoritajiet Maltin jibqgħu jirrifjutaw li jaċċettaw l-immigranti salvati qrib pajjiżna.
Sadattant il-kaptan tas-Seefuchs, il-bastiment li fl-aħħar jiem salva iktar immigranti, għadda lill-awtoritajiet Taljani reġistrazzjoni fejn l-awtoritajiet Maltin ċaħdu milli jtuh permess jidħol f’Malta. Dan imur kontra dikjarazzjoni tal-Gvern li fi stqarrija maħruġa jumejn ilu, ċaħad li qed jirrifjuta xi immigranti.
//= $special ?>