Qorti

Ordnat jintbagħat lura l-Italja

Raġel ta’ 26 sena minn Mali ġie ordnat jintbagħat lura l-Italja, il-pajjiż fejn kien qed jgħix u minn fejn vjaġġa lejn Malta permezz ta’ dokumenti foloz.

Ir-raġel li tressaq il-Qorti l-Ħadd ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u għalhekk kien ordnat imur lura l-Italja, fuq l-ewwel titjira lejn il-pajjiż.

Samakoun Dembele li ġie akkużat ukoll talli ta dikjarazzjonijiet foloz lill-awtoritajiet, ingħata sentenza ħabs sospiża għal sentejn.