Fl-aħħar logħba tagħhom qabel ma jibdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja, l-Brażil kisbu rebħa faċli ta’ 3-0 kontra l-Awstrija.
Il-Brażil fetħu l-iskor fit-36 minuta meta minn azzjoni ta’ corner, l-Awstrija biegħdu l-periklu imma l-ballun spiċċa għand Marcelo li prova xutt bil-ballun jispiċċa f’saqajn Gabriel JESUS li skurja b’xutt fir-rokna.
Fit-tieni taqsima ma kien hemm l-ebda reazzjoni tal-Awstrija u l-Brażil żiedu ieħor permezz ta’ NEYMAR. Sitt minuti wara l-Brażil issiġillaw il-konfront b’gowl ta’ COUTINHO li bidel il-ballun ma’ Firmino qabel ma għeleb lil Lindner.
Il-Brażil, li se jkunu qed jippruvaw jirbħu t-Tazza tad-Dinja għal rekord ta’ sitt darbiet, jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom fir-Russja fis-17 ta’ Ġunju kontra l-Iżvizzera.
//= $special ?>