Ingħata bidu għal-Maratona ġbir ta’ fondi fuq Net TV, bix-xandira speċjali li bdiet ftit wara 1400HRS. Tul dawn ix-xandiriet is-semmiegħa u t-telespettaturi jistgħu jċemplu biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom.
Saħħaħ il-Vuċi tiegħek. Dan hu l-messaġġ li l-Partit Nazzjonalista qed iwassal għand il-poplu Malti u Għawdxi hekk kif din is-sena qed jiġi ċelebrat għeluq l-20 sena anniversarju mill-bidu tal-istazzjon NET TV.
Għal dan il-għan, illum qed tkun organizzata Maratona biex jinġabru fondi ħalli l-Partit Nazzjonalista jinvesti fil-mezzi kollha tiegħu u jsaħħaħ il-messaġġ tiegħu biex jasal għand in-nies.
//= $special ?>