Lokali

23,700 flixkun b’xorb alkoħoliku fost l-affarijiet għall-bejgħ mid-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ eluf ta’ oġġetti maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur.

Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar, u fost l-oġġetti għall-bejgħ hemm 23,700 flixkun b’xorb alkoħoliku u inbejjed (12,500 flixkun inbid, 7,500 flixkun vodka, 3,200 flixkun whisky u 500 lixkun xorb ieħor li jinkludu liquers, gin, brandy u rum.

Għall-bejgħ, wieħed isib ukoll 11,000 par żarbun, 9,600 tazza tat-te’, 5,000 compact disc covers, 96 pallet madum tal-ħajt, karozza Mercedes Benz, karozza Toyota Corolla, torches, 130 WCs kif ukoll sett sufan, pultruni u coffee table.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mil-lum it-Tnejn 11 ta’ Ġunju 2108 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar).

L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u l-4pm.