Lokali

AKTAR IMMIGRANTI: Salvini jibqa’ jgħid le

800 immigranti ieħor fi triqithom lejn Sqallija

Hekk kif għadu ma kien hemm l-ebda żblokk għall-kriżi Aquarius, l-Italja qed tiffaċja l-wasla ta’ aktar immigranti li ġew salvati fl-aħħar sigħat mill-bastiment Sea Watch – vapur ta’ ngo Ġermaniża li jtajjar bandiera Olandiża.

Fil-fatt is-salvataġġ ta’ 800 immigrant sar matul il-lejl bl-appoġġ ta’ vapuri Taljani u bastimenti oħrajn. Anke dwar dan il-każ reġa’ tkellem il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini illi qed ikompli jirreżisti dawn il-wasliet għaliex l-Italja ma tiflaħx aktar.

Fl-Italja, din is-sena biss diġa’ daħlu mal-14,000 immigrant.