Għawdex Lokali

Anzjana Għawdxija titlef ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fiż-Żebbuġ

Mill-arkivji

Anzjana ta’ 75 sena mir-Rabat Għawdex tilfet ħajjitha fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ittieħdet għall-kura wara li sabet ruħha f’diffikultajiet waqt li kienet qed tgħum.

Għall-ħabta tal-5pm tal-bieraħ, l-anzjana kienet f’Bajja qrib Triq il-Menqa fiż-Żebbuġ u xi nies tellgħuha l-art wara li nnutaw li ma bdietx tħossha sew.

L-anzjana ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’Ambulanza. Madankollu, aktar tard hi tilfet il-ġlieda kontra l-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Joanne Vella Cuschieri, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.