€272,800 kienet is-somma finali migbura fil-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Saħħaħ il-Vuċi Tiegħek’, maratona li saret f’għeluq l-20 sena mill-inawgurazzjoni ta’ NET Television.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia spjega li l-vuċi tal-PN hi l-vuċi tan-nies. Adrian Delia saħaq li aħna tlaqna f’kampanja irridu nkunu qrib in-nies u nleħħnu aħna dak li jikkonċerna n-nies, dak li qed idejjaqhom, li jaspirahom u l-ħolm tagħhom.
Fi kliem is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli din il-maratona qed tfakkar anniversarju importanti ħafna għax permezz ta’ dan l-istazzjon il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni importanti tal-1998.
Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications Pierre Portelli ħabbar sensiela ta’ inizjattivi fosthom Net Honours. Pierre Portelli semma’ ukoll kif qed jinhadmu skedi godda ghal NET Television u Radio 101 biex ikomplu joffru servizz ta’ kwalita lill-udjenzi tal-media tal-Partit.
//= $special ?>