“Il-Gvern ta’ Muscat qed jiġi jaqa’ u jqum mill-obligi internazzjonali. U qed jilgħabha taparsi ma jafx x’inhu jiġri fil-Mediterran”.
Hi dikjarazzjoni iebsa li għamel ftit tal-ħin ilu l-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini wara li ħarġet l-aħbar illi l-immigranti abbord l-Aquarius se jkunu qed jittieħdu Spanja.
Salvini ma waqafx hawn, u qal ukoll illi issa jittama li l-Gvern Malti jibda jerfa’ r-responsabbilta’.
Għal aktar minn darba, Salvini stqarr li jrid ikisser iċ-ċirku ta’ kriminalita’ organizzata. “Irrid inwaqqaf it-traffikar ta’ persuni fil-Mediterran”, stqarr il-Ministru Salvini.
Hu qal ukoll illi din tal-lum kienet l-ewwel rebħa għat-Taljani, u l-għan tiegħu laħqu. Salvini qal li dan “kien biss l-ewwel sinjal”. L-istess messaġġ twassal mill-Viċi Prim Ministru l-ieħor, Luigi di Maio.
Joseph Muscat minn naħa tiegħu ikkummenta fuq Twitter u qal li kienet l-Italja illi kisret il-liġijiet internazzjonali. Il-Prim Ministru Malti irringrazzja lil Spanja li ħadu lil dawn is-600 immigrant.
Ironikament, fl-aħħar 24 siegħa Muscat ma sejjaħ l-ebda konferenza stampa dwar din il-materja sensittiva.
//= $special ?>