Ewropa Internazzjonali Lokali

IL-KRIŻI AQUARIUS: L-Italja tibgħat żewġ patrol boats bit-tobba abbord

Il-media Taljana tgħid li Conte ċempel lil Muscat, iżda ma assigurax għajnuna

Tissokta l-botta u risposta bejn Malta u l-Italja dwar il-bastiment Aquarius illi fuqu hemm mas-629 immigrant. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat, l-Italja bagħtet l-għajnuna umanitarja.

Dalgħodu, l-Aquarius jinsab fil-baħar bejn Malta u Sqallija (ritratt). Fuq il-bastiment hemm 7 nisa tqal u aktar minn 120 tifel u tifla. Ħafna minnhom huma mill-Ghana, in-Niġerja u l-Eritrea.

Il-media Taljana qed tirrapporta kif kien il-Prim Ministru Taljan li ċempel lil Joseph Muscat biex jinfurmah kif se taġixxi l-Italja quddiem din is-sitwazzjoni. L-Italja qed takkuża lil Malta illi mhux twieġeb is-sejħiet għall-għajnuna.

Il-kriżi tal-Aquarius splodiet fi tmiem il-ġimgħa wara li l-Viċi Prim Ministru Matteo Salvini qal illi l-Italja mhu se tieħu l-ebda immigrant li hemm abbord dan il-vapur.

Fuq La7, il-leader ta’ Fratelli d’Italia Georgia Meloni qalet li “teknikament” f’din il-kwistjoni għandhom raġun kemm Salvini kif ukoll Malta.