Lokali Parlament

Jeħtieġ ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel u hostel għall-istudenti Għawdxin f’Malta

Mill-arkivji

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li jeħtieġ li l-Gozo Channel tikri r-raba’ vapur biex jintuża għall-Għawdxin li jaqsmu Malta biex jaħdmu u li tinbena hostel għall-istudenti Għawdxin li jistudjaw Malta.

Fl-Aġġornament David Stellini ppropona li f’Għawdex ikun hemm ibbażati fakultajiet tal-università jew tal-MCAST f’Għawdex. Il-kampus tal-università f’Għawdex għandu bżonn li jingħata spinta u jsir pjan biex l-istudenti f’Għawdex jibqgħu f’Għawdex u biex l-istudenti Maltin imorru lejn Għawdex ukoll.

Hu qal li tmiem il-ġimgħa kien wieħed tajjeb ħafna bl-attivitajiet li saru attivitajiet mid-Dipartiment tal-Kultura u l-kunsilli lokali.L-attivitajiet kulturali huma bżonnjużi ħafna f’Għawdex iżda l-infrastruttura f’Għawdex ma tiflaħx għal ħafna attivitajiet. Jeħtieġ li jsir pjna iktar fit-tul biex ikun hemm post adegwat għall-kunċerti f’Għawdex, li l-korsa taż-żwiemel tkun konvertita b’mod temporanju għall-kunċerti.

David Stellini qal li l-problema tal-aċċessibbiltà hi waħda kbira. Jirriżutla li hawn 3,000 ħaddiem Għawdxi jaħdem Malta, li għandhom bżonn iktar aċċessibbiltà. Il-kiri tar-raba’ vapur jista’ jkun element pożittiv biex ineħħi l-piż ta’ filgħodu u l-Għawdxin jistennew inqas.

David Stellini tkellem dwar il-kirjiet u qal li wasal iż-żmien li l-Prim Ministru isolvi l-problemi tal-kirjiet ogħljin; dan hu fallimet politiku u hi kriżi. Din is-sitwazzjoni qed twassal biex iktar nies qed isiru foqra.

Dwar l-istudenti Għawdexin, David Stellini qal li l-GUG ilhom xhur jitkellmu li s-sitwazzjoni tagħhom hi inaċċettabbli. Wasal iż-żmien li jinbena hostel għall-istudenti tal-Univerista u tal-MCAST. Il-PN jemmen fil-ħolqien ta’ Assemblea Reġjonali biex il-poter jibqa’ viċin in-nies. Jeħtieġ issir ukoll tinda għall-ħaddiema tal-Gozo Channel.