– Robert Arrigo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo appella biex ikun hemm titjib fil-prodott turistiku Malit biex il-pajjiż jibqa’ jirbaħ li-kompetizzjoni.
Fil-parlament Robert Arrigo qal li teżisti problema bl-Air Malta; liema problema qed teffettwa lill-pajjiż u lill-industrija. Kull tmiem il-ġimgħa qed ikun hemm problemi ta’ dewmien fit-titjiriet. L-Oppożizzjoni hi favur it-tkabbir tal-Air Malta flok it-tnaqqis li seħħ flaħħar ħames snin. L-Oppożizzjoni stenniet li jkun hemm ippjanar aħjar u m’hix tifhem x’ġara.
L-Air Malta qed tikri ajruplan kuljum minn fuq l-internet waqt li s-CEO ifittex ajruplan mil-lum għal għada kuljum. L-ispiża ta’ dawn l-ajruplani mhux magħrfua iżda li qed jieħħ hu li n-nies li jixtru passaġġi fuq l-Air Malta qed jispiċċaw fuq ajruplani oħra. Dawn huma ajruplani li qed ikunu rifjuati anki minn kumpaniji oħra tal-ajru. Din mhix esperjenza sabiħa għan-nies li jiġu, fejn l-ajruplani mhux ta’ livell. Il-ħaddiema tal-Air Malta qed jaħdmu sigħat twal ħafna fl-ajru bi problemi fuq ir-riskju tagħha u fuq il-kundizzjonijiet. Ħafna Maltin qd jinkwetaw minħabba li mhux jinżammu l-ħinijiet tat-titjiriet tal-Air Malta.
Robert Arrigo qal li jeħieġ ikun l-informazzjoni neċessarja għan-nies u sostna li l-pajjiż qed jingħata reputazjzoni ħaġina minħabab dan in-nuqqas ta’ ippjanar. Hu kkritika wkoll il-fatt li żewġ ajruplani tal-Air Malta marru għall-manutenzjoni barra minn Malta flimkien. Hu staqsa għaliex il-manutenzjoni qed isir barra minn Malta.
Id-deputat Nazzjonalista qal li saret skema tal-irtirat għal 10 ħaddiema biss meta kien hemm ħafna applikazzjoni. hemm ħafna tgergir mis-setturi kollha, sostna Robert Arrigo, li tkellem ukoll dwar il-gwidi u qal li mhux ikun hemm titjib tant li biex dawn iġibu l-liċenja bilfors iridu jmorru Smartcity meta din tista’ tintabgħat online jew bil-posta. Hawn nquqas ta’ gwidi fil-pajjiż, qal Robert Arrigo, li kompla li bl-effett tan-nies barranin li jaħdmu Malta huma biss nofs it-turisti li jiġu Malta li jmorru fil-lukanda.
F’Malta m’hawnx over-bookings fis-Sajf minħabba x-xejriet ġodda fis-settur madwar id-dinja. Il-pajjiż għandu jkun ppreparat għal din iċ-ċirkostanza minħabba li hemm akkomodazzjonijiet li jilqgħu lit-turisti li m’għandhomx liċenzja u m’hemmx l-informazzjoni imeħtieġa. Il-kunsilli lokali għandhom jaħdmu mal-awtoritajiet f’dan is-settur. L-eko-tax kienet programmata biex tieħu €6 miljuni iżda minnha ddaħħlu biss €1.5 miljun. Dawn l-€4 miljuni għandhom imorru għand il-kunislli lokali biex bi sħab mal-awtoritajiet jintefqu fil-komunità. Għandhom isiru wkoll proġetti ta’ tisbiħ, tarmak u tindif minħabba li hemm lokaliatjiet li fihom hemm ħmieġ enormi.
Robert Arrigo kkritika l-ħinijiet li fihom isiru x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li qed ikunu ta’ inkonvinjent għat-turisti. Hemm dewmien fuq ir-refunds tal-VAT u r-refunds fuq il-fuel. Jirriżulta li l-lukandi qed jieħdu biss 15% tar-roħs fil-kontijiet atd-adwl u l-ilma meta l-wegħda kienet ta’ 25%. Hu qal li jispera li r-rotot il-ġodda tal-Air Malta huma vijabbli. Għandu jinbena reverse osmis ġdid u qed ikun hemm diffikultajiet minħabba li d-dawl qed jerġa’ jinqata’ b’mod kostanti.
Jeħtieġ li jkun imtejjeb il-prodott Malti, sostna Robert Arrigo li appella biex ikun hemm iktar serjetà u preparazzjoni mill-postijiet li minnhom jgħaddu l-open-top busues.
//= $special ?>