Raġel inħeles mill-arrest minkejja li spara lejn ir-residenza tas-sieħba tiegħu fix-Xgħajra wara argument li seħħ bejniethom nhar is-Sibt li għadda.
Sean McGahern, ta’ 43 sena mix-Xgħajra kien akkużat li darab ħafif lis-sieħba tiegħu, li kkawża ħsara volontarja fuq il-propjetà, li kellu arma mingħajr liċenzja, li kiser il-paċi pubblika u li hedded u insulenta lis-sieħba tiegħu.
Meta waslu fuq il-post il-pulizija sabu lir-raġel b’marki ta’ gdim fuq widnejh u lis-sieħba tiegħu taħt xokk qawwi, bir-raġel jirrifjuta li jittieħed l-isptar għall-kura.
Fil-qorti, is-sieħba tar-raġel infurmat lill-qorti li kienet qed twaqqa’ l-akkuzi kontra s-sieħeb tagħha u li qed tirrinunzja għad-dritt tagħha biex tieħu azzjoni fil-konfront tiegħu.
L-akkużat, min-naħa tiegħu, irrinunzja għal kull dritt ta’ azzjoni li huwa kellu kontra l-mara. Hu wieġeb ħati għall-akkużi ta’ ġarr u pussess ta’ arma u nħeles mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000 u fuq kundizzjoni li jibda jgħix ma’ missieru.
//= $special ?>
