Fil-Qorti kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni dwar il-każ tal-bomba li li tpoġġiet taħt il-karozza tan-negozjant Mario Scicluna fil-Fgura.
Meta kien qed jixhed, ġar ta’ Mario Scicluna qal li fil-ħin li seħħ il-każ fi Triq Sant’ Antnin l-Fgura, instema’ ħoss qawwi qisu kienet splużjoni ta’ ċilindru tal-gass.
Huwa qal li ħareġ jittawwal fil-gallarija sabiex jara x’qed jiġri u kien f’dak il-ħin li ra oġġett mal-art ftit metri l’bogħod mill-vettura tan-negozjant Scicluna.
//= $special ?>
