Knisja Lokali

L-Arċisqof iħalli Malta lejn iċ-Ċili

L-Arċisqof Charles J. Scicluna llum iħalli Malta għal missjoni pastorali fiċ-Ċilì bħala mibgħut speċjali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Hu se jkun akkumpanjat minn Mons. Jordi Bertomeu.

Mons. Arċisqof ser ikollu numru ta’ laqgħat f’Santiago de Chile u ser imexxi missjoni pastorali fid-Djoċesi ta’ Osorno.

L-Arċisqof Scicluna jirritorna Malta nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ġunju 2018.

L-Ufficcju Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill-midja li Mons. Arċisqof mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti kummenti jew iwieġeb mistoqsijiet b’rabta ma’ din il-missjoni.

Fl-assenza tal-Arċisqof, it-tmexxija tal-Arċidjocesi ta’ Malta tkun f’idejn il-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.