Il-Belġju, wieħed mit-timijiet avversarji tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja, kisbu rebħa faċli ta’ 4-1 kontra l-Costa Rica.
Dawn tal-aħħar kienu fetħu l-iskor wara 24 minuta b’gowl ta’ RUIZ li sab ix-xibka kontra x-xejra tal-logħob.
Sitt minuti wara l-Belġju ġabu d-draw meta MERETNS irċieva mingħand Hazard u skurja mill-viċin. Tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima dawn marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ u kien LUKAKU li skurja wara li Mertens tah cross perfett.
L-istess LUKAKU għamel l-iskor 3-1 b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ hekk kif bdiet it-tieni taqsima.
Il-Belġju komplew jippressaw u fl-64 minuta Lukaku provda ballun lil BATSHUAYI li ssiġilla l-konfront billi għeleb lil Keylor Navas.
L-ewwel impenn tal-Costa Rica fit-Tazza tad-Dinja jkun nhar il-Ħadd kontra s-Serbja u jum wara l-Belġju jilagħbu mal-Panama.
F’logħba ta’ ħbiberija oħra s-Senegal rebħu 2-0 kontra l-Korea t’Isfel f’partita li ntlagħbet fl-Awstrija.
L-Afrikani kienu fetħu l-iskor permezz ta’ awto-gowl u KONATE rdoppja l-iskor minn penalty.
Iż-żewġ timijiet se jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja. Il-Korea t’Isfel jibdew kontra l-Iżvezja nhar it-Tnejn li ġej filwaqt li s-Senegal jilagħbu jum wara kontra l-Polonja.
//= $special ?>