Lokali Parlament

By-pass li se tgħaqqad Ħ’Attard ma’ Ħ’Attard!

– Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius kkritika l-proġett tal-by-pass li l-Gvern qed jippjana u li se tgħaqqad lil Ħ’Attard ma’ Ħ’Attard; by-pass li dwarha l-gvern għadu ma ta l-ebda informazzjoni dettaljata.

Fil-parlament David Agius qal li dan hu gvern li jrid iżomm il-poter f’idejh; kontra dak li jemmen fih il-Gvern Nazzjonalista li jemmen fid-deċentralizzazzjoni tal-poter. Hu qal li dawn is-€700 seta’ tahom lill-kunsilli lokali biex ikunu huma li jagħmlu t-toroq.

Din hi arja ta’ arroganza minn gvern li ma jwettaqx konsultazzjoni u ma jridx skrutinju ta’ €700 miljun. Il-gvern irid jonfoqhom waħda bin-nies li jrid hu fosthom li l-membri tal-bord se jingħażlu mill-bord. David Agius staqsa jekk il-gvern hux se jistieden lill-Oppożizzjoni biex tkun parteċipi fl-aġenzija.

Hu tkellem dwar is-central link project li se jgħaqqad lil Ħ’Attard ma’ Ħ’Attard b’nefqa ta’ €55 miljun.
David Agius qal li l-gvern għadu lanqas xi studji saru dwar din il-link ta’ Ħ’Attard u appella biex ir-raba’ ta’ Ħ’Attard ma jinqerdux b’dan il-porġett.

David Agius ressaq diversi proposti kif jittaffew il-problemi tat-traffiku f’Ħ’Attard u qal li l-Ministru Ian Borg lanqas jibgħat pulizija fiż-żona għaliex m’hemmx konġestjoni qawwija. Hu appella lill-gvern biex jippubblika l-istudji kollha li saru fosthom l-approvazzjoni tal-UE. Il-Gvern lanqas jaf kemm se jieħu art tal-bdiewa.

David Agius qal li l-Gvern ma tkellem ma’ ħadd u ħalla lill-bdiewa u lil min għandu kmamar fiż-żona. Il-Gvrn għandu jgħid kemm se tittieħed art ODZ.