– Fredrick Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi saħaq fuq il-proposta li ssir airstrip għall-ajruplani f’Għawdex biex b’hekk il-baħar ma jibqax l-uniku mezz ta’ aċċessibbiltà għall-gżira.
Fid-dibattitu dwar l-MTA, Fredrick Azzopardi qal li fl-2017 Għawdex lu żieda netta fin-numru ta’ turisti; riżultat tal-ħidma li wettaq Gvern Nazzjonalista li ħoloq l-ambjent meħtieġ biex tikber l-ekonomija Għawdxija.
Hu tkellem dwar l-ambjent naturali tal-gżira qal li Għawdex għandu jkollu struttura mibnija fuq il-karatteristċi Għawdxin. Wasal iż-żmien li titwaqqaf Assemblea Reġjonali għal Għawdex bl-iskop li tirriklema u tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta iżaa kumplimentari għal Malta.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din għandha tingħata fondi u riżorsi umani beix topera b’suċċess. Għawdex għandu jkun dejjem aċċessibbli tul is-sena, lejl u nhar. Ir-reklamar għal Għawedx fir-Renju Unit tnaqqas sew; aspett li qed jeffettwa n-numru ta’ turisti Inlgiżi f’Għawdex.
Dwar il-Gozo Channel, Hu qal li din il-kumpanija tejbet is-servizzi tagħha iżda Għawdex ma jistax ikollu l-baħar bħala l-uniku aċċess.Jeħtieġ li tkun ikkunsidrata l-air strip għal ajurplani żgħar f’Għawdex.
Jeħtieġ li jkun hemm tindif ġenerali f’Għawdex, sostna Fredrick Azzopardi.