Is-sidien tar-ristoranti fil-Valletta Waterfront ingħataw jumejn sabiex ineħħu l-imwejjed, is-siġġijiet u l-umbrelel li jinsabu fuq in-naħa tal-entraturi tal-istabbilimenti rispettivi – azzjoni tal-Awtorita’ tal-Ippjanar illi ġabet magħha rabja kbira mis-sidien infushom, b’uħud minnhom jitkellmu direttament ma’ Net News.
“Tal-mistħija kif trattawna b’dan il-mod meta nafu kif qed joħorġu permessi bħal pastizzi fil-qalba tal-Belt għall-imwejjed”, qaltilna sid ta’ wieħed mill-istabbilimenti.
Fuq Facebook, kienu bosta r-ristornati li skużaw ruħhom mal-klijenti tagħhom li issa tneħħew dawn iz-zoni partikolari. Sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-Awtorita’ tal-Ippjanar ilha 5 snin tħejji biex twettaq din il-mossa.
//= $special ?>