– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ediwn Vassallo qal li l-ħolqien tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta hi sfiduċja fi Transport Malta.
Fil-parlament Edwin Vassallo staqsa x’se tagħmel iktar l-aġenzija li ma setgħetx tibqa’ tagħmlu Transport Malta u sostna li se tkun awtorità mhux aġenzija. Hu sostna li issa l-gvern qed jgħid li se jagħmel affarijiet li suppost saru qabel fosthom il-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali.
Din l-aġenzija hi sfiduċja f’dak li l-istess gvern Laburista ipprova jagħmel iżda falla. Il-150 triq huma obbligu tal-gvern li jwettaqhom, sostna Edwin Vassallo, li kompla li 80% tal-proġetti se jkunu mħallsa mill-UE; fondi li kiseb il-gvern Nazzjonalista.
Il-gvern qiegħed tard biex jibda l-150 triq li qed jgħid li se jagħmel għaliex dawn missu ilhom li għamilhom. Dan il-ministru qed jisfiduċja lil Transport Malta u ħoloq aġenzija biex jimpjega lin-nies tiegħu. Il-pajjiż m’għandux bżonn iktar nies mal-gvern. Il-gvern se jieħu t-toroq minn taħt idejn il-kunsilli lokali, sostna Edwin Vassallo.
//= $special ?>