Ivan Bolignani, raġel ta’ 43 sena minn Messina inżamm arrestat b’akkużi ta’ ħsara fil-proprjetà.
Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Mark Mercieca qal li l-Għassa tal-Pulizija ta’ tas-Sliema irċeviet numru ta’ rapporti ta’ ħsarat fil-kaxxi tal-ittri fi blokk ta’ appartamenti.
L-akkużat, li inqabad permezz tal-kameras tas-CCTV, qal li huwa kisser il-kaxxi tal-ittri wara li kellu argument mal-ġenituri tiegħu.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkużat ma għandux indirizz fiss ta’ residenza.
//= $special ?>

