Sport Sport Ieħor

TAZA TAD-DINJA TAL-ISPARAR: Tidħol fl-azzjoni Mikaela Galea

Illum f’Ta’ Kandja, waqt it-Tazza tad-Dinja, ngħata bidu għall-kompetizzjoni tat-Trap tan-nisa u fl-azzjoni kien hemm il-Maltija Michaela Galea.

Fl-ewwel rawnd laqtet 21 plattina minn 25, 18-il waħda minn 25 fit-tieni rawnd u 19-il plattina fit-tielet rawndd.

Fit-tielet u l-aħħar round hi bdiet tajjeb ħafna meta laqtet l-ewwel tmien plattini, imma mbagħad kellha problema fis-senter tagħha u kellha tispara waħedha wara li ntemm dak ir-rawnd.

Kien hawn fejn falliet sitt plattini mill-aħħar 17.

B’dan ir-riżultat fl-ewwel ġurnata Mikaela Galea tinsab fis-46 post minn 56 tiratriċi.