Deulofeu jiffirma ma’ Watford
Il-winger Gerard Deulofeu ngħaqad b’mod permanenti mat-tim ta’ Watford. Hu ffirma kuntratt ta’ ħames snin u Watford se jħallsu lil Barcelona s-somma ta’ 13-il miljun ewro.
Fit-tieni parti tal-istaġun li għadda Deulofeu diġa’ kien qiegħed ma’ Watford b’self imma issa se jingħaqad mat-tim Ingliż b’mod permanenti.
Deulofeu hu prodott tal-akkademja ta’ Barcelona u matul il-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Everton, Sevilla u Milan.
Kowċ ġdid għal Swansea
Graham Potter inħatar bħala manager ġdid ta’ Swansea. Fl-istaġun li għadda Swansea ġew relegati mill-Premiership u b’hekk Potter se jkollu biċċa xogħol biex jgħin lit-tim jerġa’ jikseb postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż.
Potter se jieħu post Carlos Carvalhal li ħalla lit-tim wara r-relegazzjoni. L-aħħar klabb li kien qed imexxi Potter, qabel ma ffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Swansea, kien dak ta’ Ostersund FK.
//= $special ?>