– Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonlaista Beppe Fenech Adami qal li l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi għandu jerfa’ r-responsabbilà dwar dak li qed iseħħ ftitjiriet imħassra regolarment tal-Air Malta.
Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li kien Gvern Nazzjonalista li wara l-1987 investa bis-sħiħ fis-settur u fl-ekonomija Maltija biex illum il-pajjiż qed jaqta’ l-frott ta’ dik il-viżjoni. Hu semma’ l-Belt u r-riabilitazzjoni li wettaq gvern Nazzjonalista biex illum il-Belt hi waħda attraenti fosthom ir-restawr, il-parlament ta’ Renzo Piano u l-proġett ta’ Bieb il-Belt.
Il-PL kien kontra l-investiment kollu inkluż il-power station, il-cruise liner terminal, l-arjuport il-ġdid is-sitema diġitali u tant investiment ieħor. Ikun żball jekk it-turiżmu jittieħed for granted għaliex Malta qed tattira żewġ miljun turist fis-sena.
Hu appella lill-Gvern li hu mhedi bis-suprlus biex jindirizza minn sisa l-problmei li t-turiżmu se jiffaċċja. Il-pajjiż jinsab sitwazzjoni redikola minħabba t-traffiku li qed jikkaġuna dewmien biex it-turisti jilħqu t-titjiriet.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-pajjiż hawn ħmieġ, partikolarment fiż-żoni turistiċi. Il-Gvern ma jistax iwaħħal fil-kunsilli lokali għaliex dan qed jixxaħħaħ magħhom. Fil-pajjiż hawn telqa tant li l-Belt lanqas tidher li l-belt kulturali tal-Ewropa. M’hawnx arblu mwaħħal dritt fil-Belt waqt li l-Belt saret żona ta’ kostruzzjoni sħiħa. L-industirja tal-bini qed tibqa’ għaddejja l-ħin kollu b’konsegwenzi fuq it-turiżmu, sostna Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>