Lokali Parlament

It-turiżmu qed jeffettwa l-infrastruttura lokali

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li t-turiżmu qed ikollu effetti qawwija fuq l-infrastruttura lokali u għalhekk il-gvern irid jassigura li jsir l-investiment meħtieġ biex ma jkunx hemm konsegwenzi negattivi.

Fil-parlament Kristy Debono qalet li l-ekonomija Maltija tinsab f’sitwazzjoni li jew tikber jew tfalli. L-ekonomija hi komposta minn diversi setturi, li jistgħu jagħmlu tajjeb għal xulxin. Kienu gvernijiet tal-PN li bnew ekonomija diversifikata. It-tkabbir tal-poplazzjoni qed iġib sfidi kbar fosthom bl-isplużjoni esaġerat fil-prezzijiet tal-propjetà u l-kiri u s-sitwazzjoni fit-traffiku.

Il-pajjiż qed jagħmel investiment biex is-sitwazzjoni tibqa’ kif hi. It-turiżmu qed jikkontrbowxxi għal din is-sitwazzjoni minħabba li l-industrija qed tattira numru ta’ ħaddiema barranin biex jaħdmu f’Malta. Fl-2017 ġew 2.2 miljn turist li għaddew 7.3 lejl f’Malta kull persuna.

Bħala medja fl-2017 kien hawn 44,600 turist kull ġurnata. It-turżmu qed ikabbar il-popolazzjoni ta’ Malta b’10% bil-konsegwenzi kollha li dan iġib. It-turisti jistennew l-ogħla livell fis-servizzi li jingħata. L-esperjenza tat-turisti f’Malta sejra lura u għalhekk jeħtieġ pjan u viżjoni b’investiment b’ħafna f’diversi setturi fosthom l-infrastruttura. Hi kkritikat in-nuqqas fl-ispiża kapitali inkluż il-proġett fit-turiżmu foshotm f’Għawdex.

Kristy Debono staqsiet jekk l-MTA hux tagħmel proġetti bil-fondi Ewropej kif kienet tagħmel fil-passat, kif qed jintefqu l-lfus mit-taxxa tal-akkomodazzjoni, kif u min qed jiddeċiedi l-prijoritajiet f’dawn il-fondi u jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-pagi tal-ħaddiema tal-MTA.