L-awtoritajiet tal-Libja qegħdin jaħdmu fuq pjan bil-għan li jinħelsu mill-ħabs eksuffiċjali tar-reġim li kien imexxi l-eksdittatur Libjan Muammar Gaddafi.
Is-sorsi qed jgħidu li dan għandu jsir ‘għal raġunijiet mediċi’, bl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Libjan qed iħejji lista ta’ dawn l-eksuffiċjali li spiċċaw ikkundannati mill-qrati, skont il-pjan biex huma jingħataw il-libertà fi kwistjoni ta’ jiem.
Il-lista kapaċi tinkludi ’il fuq minn għaxar persuni, fosthom Abu-Zaid Dorda, li kien serva bħala l-kap tas-servizzi sigrieti ta’ Muammar Gaddafi.
F’Lulju tal-2015, il-qorti tal-appelli fi Tripli ħarġet verdetti kontra 37 membru tar-reġim ta’ Gaddafi, u li kienu jinkludu sentenzi tal-mewt u ta’ ħabs għal għomorhom. Ingħataw ukoll sentenzi ta’ bejn ħames u tnax-il sena priġunerija għal reati li jvarjaw mill-qtil ta’ dimostranti sa l-ingaġġ ta’ merċenarji; appoġġ sfaċċat lill-eksreġim u korruzzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni preċedenti.
Viċin li teħles lill-eks-uffiċjali ma’ Gaddafi


