Minkejja li l-Gvern Spanjol ta’ Sanchez offra li jilqa’ is-600 immigrant li jinsabu abbord l-Aquarius, jidher li s-sitwazzjoni għadha imwaħħla u fil-verita’ ma kien hemm l-ebda żblokk għal din il-kriżi diplomatika. Dan hekk kif il-bastiment Aquarius sa dalgħodu stess kien għadu jdur fl-istess zona ‘l barra mill-kosta Maltija.
Sorsi ikkonfermaw li l-ekwipaġġ ma jridx ibaħħar lejn Spanja minħabba l-maltemp.
Intant, l-Italja fis-sigħat li ġejjin qed tistenna l-wasla ta’ bastiment ieħor, din id-darba tal-Marina Militari Taljana, li fuqu għandu aktar minn 940 immigrant. Dan il-vapur mistenni jidħol fil-port ta’ Katanja, u fuqu hem il-katavri ta’ zewg immigranti.
Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.
//= $special ?>