Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

David Casa jiltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Jourová qabel il-missjoni tagħha f’Malta

L-MEP David Casa jiltaqa' mal-Kummissarju Ewropew Jourova

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa ltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Věra Jourová qabel iż-żjara tagħha f’Malta.

Il-Kummissarju Jourová se tkun f’Malta biex tinvestiga t-tħassib dwar is-saltna tad-dritt, kif ukoll dwar l-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

“Is-sitwazzjoni li tinsab fiha s-saltna tad-dritt f’Malta għandha tiġi indirizzata. L-istituzzjonijiet Maltin għandhom jiproteġu ċ-ċittadini u mhux il-politiċi korrotti,” qal David Casa.

Lill-Kummissarju Jourová, l-MEP Casa ppreżenta l-konklużjonijiet tad-delegazzjoni tal-MEPs li nvestigaw is-saltna tad-dritt f’Malta.