Lokali Qorti

EKU TA’ 5 SNIN ILU: Jinħeles mill-akkuża ta’ qtil involontarju

It-tfal ma użawx it-traffic lights biex qasmu

Ludovick Bartolo ta’ 43 sena minn Tal-Pieta’, li kien akkużat li b’sewqan perikoluż wara li kkaġuna l-mewt ta’ tfajla ta’ 15-il sena, ġie liberat minn kull akkuża wara li l-qorti sabet li l-inċident kien seħħ kawża ta’ nuqqas minn naħa tal-vittmi.

Sarah Farrugia kienet tilfet ħajjitha traġikament meta f’Settembru tal-2013 hi u ħuha kienu qed jaqsmu t-triq biswit il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Huma kienu ttajjru hekk kif niżlu minn fuq il-bankina.

It-tfajla kienet mietet fl-inċident.

Il-Qorti qalet li biex jaqsmu, it-tfal ma wżawx id-dwal tat-traffiku li kineu ftit passi bogħod u kkonkludiet li l-inċident ma kienx kawża ta’ traskuraġni min-naħa ta’ Bartolo u b’hekk ħelsitu minn kull akkuża.