Il-Greċja waslet fi qbil dwar l-isem futur tal-ġar ( lejn it-Tramuntana tal-Balkani) li ilu juża l-isem Maċedonja mindu xoljiet il-Federazzjoni tal-Jugoslavja antika.
Wara snin ta’ protesti u diplomazija, il-Greċja u r-rappreżentanti ta’ Skopje qablu dwar l-isem ġdid ‘Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq’ — jew Severna Makedonija, bil-Maċedon. Dan mistenni jieħu post l-isem — l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (Fyrom) — li ilu effettiv mill-bidu tad-disgħinijiet.
L-għan tal-ftehim hu biex il-Greċja ma topponix aktar għat-tentattivi tal-ġar biex jissieħeb fin-NATO u l-Unjoni Ewropea. Intant, l-istess ftehim, l-ewwel, irid ikun approvat mill-poplu tal-Maċedonja u l-Parlament Grieg.
//= $special ?>


