– Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia sostniet li l-liġi biex temenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar qed tinjora s-sentenzi mogħtija mill-qrati Maltin u mhix toħloq bilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien tal-propjetà, il-persuni li jikru din il-propjetà u l-każini tal-baned li joperaw minn djar jew palazzi mikrija.
Fil-parlament Therese Comodini Cachia qal li din hi kwistjoni sensittiva li fiha l-pajjiż qed jiżloq fiha u li dwarha l-qrati Maltin u Ewropej sabu lil Malta ħatja ta’ vjolazzjoni tad-dritt tat-tgawdija tal-propjetà. Hi sostniet li hawn inkwilini li għandhom propjetajiet oħra b’introjtu tajjeb u assi sostanzjali u hemm oħrajn li m’għandhomx biex jixtru propjetà jew biex iħallsu l-kirja skont il-valur tal-post.
Il-parlament għandu jkun ċar biex tingħata protezzjoni għal dawk li għandhom bżonn saqafhom fuq rashom; lill-anzjani f’diffikultà bla assi u lin-nisa li qatt ma kellhom indipendenza ekonomika b’każi soċjali. Il-parlament m’għandu jagħti l-ebda protezzjoni lil min ma ħaqqux; fosthom inkwilini li jkollhom assi iżda jkunu jridu jibqgħu jżommu d-djar bil-kera.
Il-piż tal-akkomodazzjoni soċjali m’għandux jinġarr mis-sidien tal-postijiet iżda mill-gvern u m’għandux jintefa’ iktar piż fuq dawn in-nies. Il-gvern għandu jġorr il-piż ta’ min ma jistax iġorr il-piż tal-kirja skont is-suq. Il-Gvern qed joħloq grupp ta’ nies speċjali fl-aspett negettiv għaliex se jkun hemm sidien li ma jistgħux igawdu l-benefiċċji tal-propjetà tagħhom; liema sidien ilhom is-snin ma jistgħux iagwdu mill-kirjiet tas-suq.
Il-proposta tal-gvern hi bla studju bir-reqqa fejn il-gvern qed jatqa’ linja għal kulħadd l-istess. Inkwilini qed jokkupaw djar b’kirja miżera għal propjetà li ġġib ferm iktar kieku din tinkera b’mod liberu fuq is-suq.
Il-Gvern Nazzjonalista kien ressaq emendi biex jassigura bilanċ bejn min jikri u s-sidien. L-Oppożizzjoni ma taqbilx fuq il-mezzi li qed jissuġġerixxi l-gvern u qed tipproponi li kull każ ikun deċiż fuq il-merti tiegħu. Il-Gvern poġġa kollox fl-istess kuntest fejn il-kirja ma tkunx iktar minn 2% tal-valur tal-propjetà.
Hi trattat l-aspett kostituzzjonali tal-proposti tal-Gvern u qalet li l-gvern m’għandux ideat ġodda għal inċentivi kif l-propjetà tinkiseb bi prezz viċin dak tas-suq. Il-Gvern ma jidhirx li se jidħol għal dawn iċ-ċirkostanzi biex jgħin lil min jikri bi xis-sid ikun assigurata biex jieħu l-kera ġusta.
Il-Gvern qed jippretendi li s-sidien ma jingħatawx id-dritt li ngħata lilhom mill-qrati, fejn ikun ingħata raġun wara li jkun ilu jsofri inġustizzja. Din hi proposta anti-demokratika li ġġib fix-xejn id-deċiżjoni tal-qrati.
Dwar il-każini tal-baned, id-deputat Nazzjonalista qalet li għall-Oppożizzjoni l-każini huma parti neċessarja mal-kultura Maltija. Dawn huma każini intgerali tas-soċjetà. L-Oppożizzjoni taqbel li l-parlament jgħin lil dawn il-każini u trid liġi soda li ma tintilfix mal-ewwel kawża fil-qorti.
Il-każini tal-baned iridu jkunu protetti u mhux liġi li tidħak bil-Konvenzjoni Ewropea. Il-każini jeħtieġ jissaħħu; ankidawk li qatt ma investew biex jagħmlu dan. Il-Gvern qed jiġi jaqa’ u jqum mid-deċiżjonijiet tal-qrati; dan hu inaċċettabbli. Il-każini ma jridux inkwiet fil-qrati iżda jridu sigurtà u serħan il-moħħ; l-istess kif iridu s-sidien.
Il-każini u s-sidien qed jistennew liġi li tħallihom igawdu l-propjetà tagħhom. Il-gvern qed joħloq iktar konflitti meta qed jgħid lill-każini biex jieħu azzjoni wara li jkunu marru l-qorti u kienu żgumbrati. Il-miżuri tal-gvern qed jagħtu biss nifs dgħajjef lill-każini. Il-gvern għandu jressaq proposti li jgħinu lill-każini tal-baned fejn il-gvern jgħinhom iħallsu l-kirijiet lis-sidien. Il-gvern għandu jgħin lill-każini tal-baned qabel dawn ikunu żgumbrati. L-Oppożizzjoni taqbel li ħadd ma jipiċċa fit-triq iżda dan għandu jintlaħaq b’mod ġust bejn l-inkwilini, il-każini tal-baned u s-sidien.
Il-gvern qed iwassal lill-każini tal-baned f’xifer mirdum għaliex xorta għadhom esposti għal deċiżjonijiet oħra. Il-każini tal-baned għandhom jingħataw protezzjoni b’miżuri kostituzzjonalment validi u bla dubji fuq il-validità tal-emendi. Wasal iż-żmien li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jiddiskuti jekk il-iġijiet li jressaq il-gvern jaqblux mal-kostituzzjoni u mal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.
//= $special ?>