Internazzjonali

Ir-ritratt li mmarka l-istorja; iffirmat ftehim bejn iż-żewġ naħat

Trump stieden lil Kim Jong-un għal laqgħa fil-White House

Dalgħodu f’Singapore sar is-summit storiku bejn il-mexxejja tal-Istati Uniti u tal-Korea komunista – summit li laqqa’ għall-ewwel darba lill-President Donald Trump mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un.

Jidher li l-laqgħa bejn iż-żewġ naħat kienet pożittiva, bi Trump u Kim Jong-un jqattgħu xejn anqas minn 40 minuta f’laqgha wicc imb’wicc.

Is-summit intemm ghall-habta tas-7am (hin ta’ Malta), biż-żewġ mexxejja jidhru ħerġin, mixjin flimkien, fil-ġnien tal-lukanda lussuza fejn sar is-summit.

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta, iż-żewġ mexxejja iffirmaw dak li huma sejjhu ftehim storiku sabiex jitwaqqaf il-proċess tal-armamenti nuklejari fil-penisola Koreana. Trump qal ukoll li se jistieden lil Kim Jong-un għal laqgħa fil-White House.

Iżda hekk kif spiċċa s-summit, analisti tal-politika internazzjonali qed jghidu li fl-ahhar mill-ahhar, din il-laqgħa ma wasslet ghall-ebda zvilupp konkret, tant li l-gurnalisti spiccaw iżommu l-ħin kemm Trump u Kim Jong-un damu jiehdu b’idejn xulxin – b’kollox 13-il sekonda.