Mietu ħdax il-persuna li kienu qed jiddevertu waqt river cruise fl-inħawi ta’ Volgograd, meta d-dgħajsa tagħhom ħabtet ma’ tugboat fix-Xmara Volga.
It-traġedja, xi 250 kilometru ‘il bogħod mix-xatt, seħħet meta l-belt ta’ Volgograd qed tħejji biex torganizza l-logħob tal-futbol tat-Tazza tad-Dinja. Sar magħruf, wara, li kien hemm sittax il-persuna fuq id-dgħajsa li dawn kollha kienu Russi. Il-ħamsa li għexu, intant, spiċċaw salvati mis-servizzi għall-emerġenza.
L-inċident qed ikun suġġett għal investigazzjoni, fost allegazzjonijiet li d-dgħajsa kienet ‘mgħobbija ż-żejjed bin-nies’. Jidher ukoll li d-dgħajsa ma kellhiex id-dwal ( marker lights) mixgħulin fil-ħin tal-inċident, li seħħ tard matul il-lejl tat-Tnejn.
//= $special ?>

