Lokali Mużika TAZZA TAD-DINJA 2018

Ira losco f’kollaborazzjoni ma’ Jason Derulo

Il-kanzunetta se toħroġ fl-14 ta' Ġunju

Hekk kif issa jibda jiżdied id-deni tat-Tazza tad-Dinja, jumejn oħra se toħroġ id-diska uffiċjali tal-kantant Amerikan Jason Derulo u l-istilla Maltija Ira Losco.

Iż-żewġ kantanti ħadmu flimkien biex ħolqu d-diska COLOURS għat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena li se ssir fir-Russja. Ira Losco qalet li tinsab onorata li ħadmet fuq din il-produzzjoni.

Id-diska twassal il-messaġġ ta’ għaqda bejn il-kulturi differenti permezz ta’ kuluri differenti li jirrapreżentaw lid-diversi nazzjonijiet.