Internazzjonali Mużika

Irama jirbaħ Amici; Carmen tiġi fit-tieni post

Irama
Programm mimli "botti" lejn il-parteċipanti barranin

Il-kantant ta’ 22 sena Irama hu r-rebbieħ tal-programm Amici li ġie fi tmiemu tard ilbieraħ bil-lejl bi spettaklu kbir ta’ mużika u żfin fuq Canale 5.

Is-17-il edizzjoni tal-programm Amici kienet segwita mill-qrib minn diversi Maltin minħabba l-fatt li pajjiżna għall-ewwel darba kien rappreżentat f’din il-kompetizzjoni bis-sehem tal-kantanta Maltija Emma Muscat, li waslet sas-semi finali.

Kienet l-istess Emma fil-fatt illi fuq Instagram ferħet lil Irama għar-rebħ ta’ din l-edizzjoni, bit-Taljana Carmen tiġi t-tieni. Il-messaġġ ta’ Emma kien wieħed ta’ sodisfazzjon – “int l-aħjar” kitbitlu lil Irama.

Intant, fuq il-media soċjali ma naqsux il-kummenti ta’ telespettaturi Maltin illi bħal donnu ferħu li Carmen ma rebħitx minħabba s-sens ta’ antagoniżmu li hi uriet lejn Emma tul il-kompetizzjoni kollha.

Ikkummenta