Internazzjonali

KONFERMA: Se jiġu trasferiti fuq 4 dgħajjes biex jitwasslu Spanja

L-awtoritajiet Taljani ikkonfermaw li se jitwasslu provvisti ta' ikel

Il-Ministru Taljan Danilo Toninelli dalgħodu kkonferma li l-immigranti abbord l-Aquarius se jkunu qed jiġu trasferiti fuq dgħajjes Taljani sabiex jitwasslu fil-port ta’ Valencia. Żvilupp meqjus kruċjali wara li l-ekwipaġġ tal-Aquarius stqarr li ma riedx ibaħħar lejn Spanja minħabba l-maltemp. U issa, b’dan il-mod jaf ikun aktar faċli li jiġu trasferiti l-immigranti fi gruppi żgħar.

Fl-istess waqt, l-awtoritajiet Taljani ikkonfermaw li se jitwasslu provvisti ta’ ikel u xorb lejn l-Aquarius.

Fuq dan il-vapur hemm aktar minn 600 immigranti li ġew salvati l-ġimgħa li għaddiet ‘il barra mill-kosta Libjana. Fost dan il-grupp hemm ukoll numru kbir ta’ tfal, kif ukoll nisa tqal.

Aktar kmieni, il-President tal-gżira ta’ Korsika stqarr li anke l-portijiet tiegħu lesti jilqgħu l-Aquarius.

Ikkummenta