Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni lesta tmur mal-Gvern Malti fl-UE tiddefendi lill-pajjiż dwar l-immigrazzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara fil-parlament li quddiem is-sitwazzjoni diffiċli tal-immigrazzjoni fil-Mediterran, l-Oppożizzjoni mhux biss qed tappoġġja lill-Gvern Malti iżda lesta tmur miegħu fl-UE biex b’vuċi waħda tiddefendi l-interessi ta’ Malta.

Din il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet espressa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wara stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-każ tal-vapur Aquaris.

Il-Prim Ministru qal li s-salvataġġi seħħew fiż-żona ta’ salvataġġ Libja u inħadmet minn Ruma. Fl-akkwati kien hemm bċejjeċ oħra Taljani li setgħu itellgħu l-immigranti u għalhekk dawn kienu ċerti li seta’ ngħata kenn lis-700 immgrant. Malta ma kelliex il-komeptinza tas-salvataġġ. L-Aquarius bdiet issalpa lejn l-Italja waqt li kienet fl-ibħra territorjali iżda l-Italja tat ordni biex tieqaf. Hu assolutament inkontestant li l-ebda pajjiż ma jista jagħti ordni bħal din. Pajjiż li jagħmel hekk ikun kontra l-liġijiet internazzjonali u setgħu esklaw is-sitwazzjoni fi kriżi umanitarja.

Il-Prim Ministru qal li wassal din is-sitwazzjoni lill-Prim Ministru Taljan. Il-Gvern Malti jrid l-aqwa relazzjonijiet mal-Gvern Taljan u mal-ġirien kollha. Hu kompla li l-gvern iriud jsegwu r-regoli maqbula u mhux jitilqu għal rashom kif ġara f’dan il-każ fejn kienet Spanja li offriet biex l-Aquarius jiddaħħal Valencia.

Il-Prim Ministru qal li dawk kollha invvluti għandhom jiddiskutu kif dawn is-sitwazzjonijiet ikunu evitati. Il-Gvern bagħat konsenja ta’ ikel u ilma lis-700 immigrant fuq l-Aquarius mingħjar ma sartt talba. Joseph Muscat qal li l-UNHCR talbet lil Malta jgħal għajnuna lil persuni li għandhom bżonn għajnuna medika fosthom nisa tqal; il-Gvern Malti lest jagħti din l-għajnuna.

Il-Prim Ministru kompla li ċ-ċentru ta’ salvtaġġ Malti kiteb lill-kaptan tal-vapur u liċ-ċentru Taljan fejn il-kaptan talab lill-Italja ssolvi din is-sitwzzjoni. L-assi kollha Maltin huma dedikati biex isolvu din il-problema.

Il-pożizzjoni ta’ Malta mhix polulsta iżda Malta ma tistax tieħu iktar immigranti milli tieħu. Fl-2017 Malta kienet ir-raba’ l-aktar pajjiż li pproċessat applikazzjoni għall-ażil fejn fl-2017 Malta pproċessatt 1,600 applikazzjoni waqt li fl-ewwewl tliet xhur tal-2018 Malta pproċessat 350 applikazzjoni. Mhux se nħalli lil min juża’ din is-sitwazzjoni biex irewwaħ il-mibgħeda jew ir-razziżmu. Hu laqa’ l-pożizzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ddikjara li l-parlament ikun magħqud quddiem din is-sitwazzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dawn huma sitwazzjonijiet delikati u jinvolvu l-ħarsien tas-salvagwardja u d-dinjità u l-ħajjiet u l-osservanza tal-liġijiet internazjzonali fil-komportament bejn stat u ieħor. Hu qal l l-interess nazzjonali hu l-ewwel u qabel kollu u għalhekk l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda mal-Gvern tissalvagwardja l-interess nazzjonali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li Malta ma kisret ebda liġi internazzjonali u kienet konsistenti mal-liġijiet internazzjonali fejn japplika l-prinċipju tal-port l-aktar sigur u viċin. Hu qal fil-liġi internazzjonali hemm l-aspett li l-vapur imur lejn l-aktar port sigur u hemm ukoll ċirkostanzi ta’ kriżi fil-kuntest tal-persuni li jkunu abbord.

Il-pajjiż irid ikun pront li jagħti l-assistenza biex ma tintilef l-ebda ħajja. Hu sellem lill-forzi ta’ tas-sigurtà għall-impenn li wettqu. L-Oppożizzjoni se tkun attiva wkoll fl-UE biex l-obbligi ta’ pajjiżi b’riżorsi ikbar minn Malta jkunu osservati u mhux ma jagħmlu xejn. Hu stieden lll-gvern biex imorru flimkien fl-UE biex Malta tkun vuċi fl-UE biex l-UE tinbidel il-mod kif taġixxi quddiem dawn il-kriżijiet.

Partijiet differenti fl-UE huma maqsuma dwar din il-kwistjoni. L-ewwel irid jitħares l-interess tal-pajjiż iżda wara jrid isir impenn fl-UE biex il-problema mhux biss tkun iffaċċjata iżda jkun hemm soluzzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini staqsa lill-Prim Ministru dwar il-qagħda bħalissa fil-Meidterran, kemm hemm vapuri fiż-żona, kemm hu preparat il-pajjiż li jilqa’ immigranti, għaliex ma pparteċipax fl-operazzjoni Frontex, jkek hemmx riskju għal Malta u kif il-Prim Ministru se jitratta l-problema mal-UE biex l-UE terfa’ l-piżijiet.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li dan il-każ seta’ spiċċa fi traġedja ta’ iktar minn 600 persuna. L-UE falliet quddiem sitwazzjoni gravi bħal din, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li bħalissa hawn vapuri li qed iġorru immigranti li jistgħu jispiċċaw fl-istess sitwazzjoni. Dan il-vapur aġixxa fuq struzzjonijiet tal-Guardia Taljana fejn l-eqreb port kien Lampedusa u mhux ta’ Malta.

Din tiġġustifka l-pożizzjoni tajba li ħa l-Gvern Malti iżda jista’ jkun hemm gvern Taljan li se jnaqqas l-impenn tiegħu. Is-sitwazzjoni fil-Mediterran inbidlet b’mod drammatiku. Hu staqsa lill-Prim Ministru jispjega kif se jitratta din is-sitwazzjoni ġdida quddiem id-dikjarazzjoni tal-Gvern Taljan. Mis-sena 2014 sal-2017 f’Malta waslu biss 720 wasla iżda kien hemm 6,321 talba għall-ażil. Hu staqsa kif jista dawn iċ-ċifri jaqblu flimkien.

Il-Prim Ministur Joseph MUscat wieġeb li ħadd ma jista’ jħammar wiċċ f’Mlata f’dan il-qasam u hi soda fil-protezzjoni tal-funriteri. Malta hi l-ewwel pajjiż li żamm il-kelma kollha fir-rikolazzjoni ta’ immigranti mill-Greċja u fl-Italja. Malta qed terfa’ l-piż tagħha skont kemm tiflaħ. Il-Gvern irid jassigura il-mod kif il-barranin jidħlu fil-pajjiż. Dwar l-applikazzjonijiet ta’ ażil, il-Prim Ministru qal li dan seħħ minħabba li qed ikun hemm modi differenti kif l-immigranti qed jaslu Malta.

Dwar il-qagħda ta’ bħalissa fil-Meditreran, il-Prim Ministru qal li l-uniku aspett pożittiv hu li jasal il-messaġġ li mhux kollox għaddej normali fl-UE fir-rigward tal-wasliet fejn jista’ jkun l-kriminali li jittraffikaw lill-persuni jkunu jistennew biex jieħdu azzjoni.

Dwar il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Frontex, il-Prim Ministru qal li Malta m’għandha l-ebda obbligu li tieħu sehem f’operazzjonijiet li ma jolqtux lil Malta. Hu qal li x-xogħol tal-NGOs irid ikun regolat. Il-Prim Ministrru qal li hu ma jemminx li ġejja krriżi iżda jista’ jkun li Malta jkollha problemi iktar milli kellha.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Opożizzjoni qed titkellem b’vuċi waħda għax iġġib l-interess nazzjonali bħala prijorità.