Paul Sultana, ta’ 51 sena, intbagħat tmien snin ħabs wara li nstab ħati li ffroda €100 miljun lil kumpanija internazzjonali tal-merkanzija bil-vapuri.
Sultana qarraq b’din il-kumpanija billi qal li zijuh kien is-Segretarju tal-Papa u wiegħed li mill-investiment tagħhom se jirċievu ritorn ta’ 1,200% fis-sena billi suppost kellu jinvestihom fuq pjattaforma sigrieta ta’ kummerċ tal-Vatikan.
Fil-Qorti, Sultana kien deskritt bħala persuna li kapaċi jikkonvinċi sew, f’kawża li bdiet wara li l-kumpanija Allseas, li tqarrqet mill-wegħdiet ta’ Sultana, wettqet investigazzjoni privata qabel għaddiet l-informazzjoni kollha lill-Pulizija.
//= $special ?>