Lokali

Maltija se tingħata unur mir-Reġina

Ir-Reġina Eliżabetta għażlet lill-Maltija Martina Caruana biex tingħata l-Queen’s Young Leaders, programm li jirrikonoxxi liż-żgħażagħ minn 52 pajjiż tal-Commonwealth.

Caruana ntagħżlet minn eluf ta’ applikazzjonijiet, iżda qed tiġi rikonoxxuta għall-ħidma tagħha biex in-nisa f’pajjiżna jiġu appoġġjati, u l-poplu jkun jaf bid-diffikultajiet u sfidi li jsibu t-tfajliet f’Malta.

Martina issa mistennija tmur ir-Renju Unit, u żżur Buckingham Palace, biex tirċievi l-unur direttament minn idejn ir-Reġina Eliżabetta. Se jkollha wkoll żjarat f’10 Downing Street, BBC World Service kif ukoll il-kwartieri ta’ Facebook fl-Ingilterra.

Se tiltaqa’ wkoll mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, il-Kummissarji Għolja minn madwar il-pajjiżi tal-Commonwealth u tattendi diversi workshops fi ħdan l-Università ta’ Cambridge.