Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ħareġ stqarrija wara artikli li dehru fuq il-media dwar persuni li allegatament ġew infettati wara li ngidmu minn nemus waqt li kienu fejn il-vaska tal-Ġnien is-Serenita’.
Il-Kunsill qed jgħid li ittieħdu l-passi immedjati biex issiru l-aċċertamenti neċessarji dwar dawn lallegazzjonijiet.
Filfatt il-Kunsill għamel rapport lil tas-Sanita’ li ġew fil-post biex jistabilixxu hemmx xi periklu għas-saħħa pubblika inġenerali. Il-Kunsill fl-istqarrija qal illi fi Ġnien is-Serenita’ ma nstab xejn partikulari u r-riskju li wieħed jingidem minn nemus huwa l-istess bħal dak ta postijiet oħra.
//= $special ?>