Raġel ta’ 56 sena residenti l-Imtarfa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq bejt ta’ residenza fejn kien qed jagħmel xi xogħol.
Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 meta r-raġel waqa’ minn fuq bejt ta’ garaxx li seħħ f’Tas-Sultan, limiti tar-Rabat.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma gall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>