Lokali Qorti

Silvio Valletta m’għandux jinvestiga d-delitt ta’ Caruana Galizia

Dalgħodu, l-Imħallef Silvio Meli laqa’ r-rikors tal-familja Caruana Galizia biex id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta ma jkunx involut fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-familja Caruana Galizia fir-rikors kienet sostniet li Valletta ma kellux jinvestiga dan il-każ minħabba li huwa politikament espost. Dan għaliex hu r-raġel tal-Ministru Justyne Caruana u hu wkoll membru fil-bord tal-FIAU.