Lokali

Simon Schembri jerġa’ jibda jitbissem

Sors: Facebook / Good Guys in Bad Lands
Appoġġ minn grupp internazzjonali ta' Facebook

L-amministraturi tal-paġna fuq Facebook bl-isem Good Guys in Bad Lands din il-ġimgħa kellhom laqgħa mal-kuntistabbli Simon Schembri – il-Pulizija li ġie aggredit b’karozza x-xahar li għadda u li kien f’xifer il-mewt.

Schembri deher f’ritratt li ġie ppubblikat f’din il-paġna, fejn kollox jindika li qed jirkupra sew u l-kuntistabbli qed jerġa’ jitbissem wara l-każ ikrah li għadda minnu.

Good Guys in Bad Lands hi paġna li tippromwovi l-eroj li jaħdmu fil-korpi dixxiplinati, inkluż suldati u pulizija. Din il-paġna hi segwita minn aktar minn nofs miljun persuna.