Kurżitajiet Lokali

Tfajla Maltija se tiġi premjata mir-Reġina

Iċ-ċerimonja se ssir fis-26 ta' Ġunju

Ir-reġina Eliżabetta II se tippremja lill-Maltija Martina Caruana bil-premju Queen’s Young Leaders Award – rikonoxximent għax-xogħol li jagħmlu żgħażagħ li ġejjin minn pajjiżi tal-Commonwealth.

Il-premjazzjoni se ssir f’Buckingham Palace fis-26 ta’ Ġunju li ġej.

Martina, li għandha 25 sena, se tirċievi dan il-premju għall-appoġġ li kontinwament tagħti lil nisa Maltin biex jegħlbu l-isfidi li għandhom quddiemhom.

Hi se tkun fost grupp ta’ 240 persuna minn 53 pajjiż tal-Commonwealth.