Tlett irgiel, tnejn ta nazzjonalità Libjana u Malti li l-eta tagħhom tvarja bejn il- 25 u l-40 sena, ġew arrestati wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga u Pulizija mir-Rapid Intervention Unit hekk kif fil-pussess tagħhom instab madwar kilogramma u nofs droga li hija misjuba li hi kokaina.
L-arrest seħħ it-Tlieta waranofsinhar f’Ħal Kirkop, biswit l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – hekk kif il-Pulizija waqfu l-vettura tat-tlett irġiel fejn fiha nstabet l-allegata droga u borża li kien fiha madwar €64,000 flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Doreen Clarke fejn sussegwentament ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, it-tliet irġiel li kienu arrestati mistennija jitressqu l-Qorti taħt arrest matul il-ġurnata tal-Ħamis.
//= $special ?>