Lokali

Ħabta bejn vann u trakk f’Tal-Ħandaq

Ħidma biex tinħareġ persuna li hemm maqbuda

Raġel ta’ 55 sena minn Birkirkara sofra ġrieħi ħfief wara inċident li seħħ f’Tal-Ħandaq, limiti ta’ Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00am, viċin l-iskola tal-Ħandaq wara ħabta head on bil-vann tax-xogħol ma’ trakk.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li mar minnufih fuq il-post tal-inċident. Kien hemm bżonn ukoll l-intervent tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex qatgħu il-kabina u ħarġu lir-raġel mill-vann.