– Simon Busuttil, PN
Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li minn issa ‘l quddiem il-Parlament Ewropew waqqaf kumitat apposta biex ikompli jsegwi lil Malta u lis-Slovakkja, fejn ukoll inqatel ġurnalist u s-sieħba tiegħu. F’dan il-kumitat hemm ukoll l-MEP Roberta Metsola biex tara li dak li hu fl-interess tas-saltna tad-dritt isir. Dawn se jibgħatu delegazzjoni oħra f’Malta biex ikun hemem soluzzjoni ta’ veru. Il-ħsara mhix se tieqaf sakemm il-korruzzjoni tiġi indirizzata u sakemm l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne jsiru bis-serjetà. Biex ir-reputazzjoni tal-pajjiż tieħu r-ruħ dawn iridu jkunu indirizzati.
Fl-Aġġornament Simon Busuttil qal li l-Kummissarju Ewropew Jarova qeda Malta f’kuntest u se titkellem fuq is-sitwazzjoni prekaraja tal-pajjiż fis-saltna tad-dritt; il-liġi mgħadhix tgħodd għal kulħadd l-istess. Ilbieraħ ħareġ rapport ieħor mill-Parlament Ewwopew wara li fl-1 tax-xahar, tliet Erwoparlamentari ġew Malta biex ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni; f’sena dawn ġew tliet darbiet biex jistħarrqu jekk hux jaħdmu l-istituzzjonijiet. Dawn ġew biex jaraw għaliex il-liġi mhux taħdem fil-konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Il-kumitat hu magħmul Ana Gomez, hi MEP Soċjalista, Zven Giegold mill-Paritt tal-Ħodor u David Casa mill-Partit Popolari li għamlu rapport li jikkonkludi li huma telqu lura minn Malta iktar inkwetati minn meta ġew minħabba li għadhom ma ttieħdu l-ebda passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi. La ttieħdu passi politiċi biex jirriżenjaw u lanqas azzjoni legali; la mill-pulizja, la mill-FIAU u lanqas mill-Avukat Ġenerali. L-FIAU issa qed tkun investigata wkoll mill-Aġenzija Bankarja Ewropea. Huma għamluha ċara li se jibqgħu fuq il-każ hu ċar li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu involuti f’irregolaritajiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Parlament Ewropew se jibqa’ jiġi Malta sakemm jittieħdu passi. Malta teħtieġ li tħares lejn il-korruzzjoni u tagħmel xi ħaġa għaliex il-korruzzjoni ma tgħattihiex b’elezzjoni iżda milli jittieħdu l-passi. Hu fakkar kliem Eddie Fenech Adami li kien isostni li min ma jiġġildix il-korruzzjoni hu korrott. Il-ħsara lill-pajjiż issir minn min għalq għajnejh għall-kroruzzjoni. Il-ħsara lill-pajjiż qed issir mhux min minn min jitkellem iżda minn min qed jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni; il-Prim Ministru u l-Gvern preżenti.
Hu appella lill-gvern biex jittieħdu l-passi biex ir-reputazzjoni tal-pajjiż terġa’ tieħu r-ruħ. Il-pajjiż ma jiflaħx jaqla’ iktar daqqiet għax Muscat iktar interessat jiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi milli jieħu l-passi.
Konklużjoni oħra tal-MEPs hi t-tħassib serju dwar l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza, li nqatlet b’daqqa ta’ ħatra kbira għad-demokrazija. It-tliet akkużati ma kinux dawk li ordnaw il-qtil iżda hu allegat li kienu huma li wettqu l-qtil. Fuq min qabbadhom għadna ma naf xejn, sostna Simon Busuttil, li qal li l-MEPs qalu li hemm punti oħra inkwetanti. Fost dawn hmem li l-inkjesta hi imwaħħla, mhux qed tavvanza fejn il-maġistrat se jinħatar imħallef meta qed jagħmel inkjesta dwar qtil. Dan iwassal biex tieqaf l-inkjesta u jkollha tmur għand maġistrat iħeor. Il-maġistrat għandu jsir imħallef wara li jlesti l-inkjesta maġisterjali biex l-inkjesta ma tieqfax.
Simon Busuttil kompla li l-MEPs qalu li l-pulizija mhux jinvestigaw it-truf kollha kif imiss u bħala eżempju semmew li l-Ministru Chris Cardona li intqal li kien tkellem ma’ wieħed mill-akkużati qabel u wara l-qtil. Dan mhux ikun investigat. Fuq il-kwistjoni li xi ħadd avża lill-akkżati qabel ġew akkużati, l-MEPs huma wkoll inkwetati għaliex l-akkużati la kellhom mobiles u lanqas ċwievet. Dan juri li l-akkużati kienu qed jistennew lill-pulizija ġejjin.
L-MEPs qalu wkoll li s-Servizzi ta’ Sigurtà Maltin kienu qed isegwu lil wieħed mll-akkużati qabel inqatlet Daphne u wara fuq reat ieħor. Dan jinkludi l-itteppjar tat-telefon iżda din l-informazzjoni għad ma waslitx għand il-maġistrat. X’qed jistennew is-Servizzi tas-Sigurtà biex jaqsmu din l-informazzjoni mal-maġistrat?
L-MEPs qalu li l-affarijiet mhux sejrin sew u jeħtieġ li Malta timbotta bis-serjeta biex l-affarijiet isiru sew. Hu rrifera għal sentenza tal-qorti li ddeċidiet li anki dak li hu responsabbli mill-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia – l-Assistent Kummissarju innfisu – li hu miżżewweġ Ministuru tal-Gvern ma jistax jibqa’ jinvestiga l-qtil.
//= $special ?>