Sport

ILLUM: Deċiżjoni dwar it-Tazza tad-Dinja 2026

Għada tiftaħ it-Tazza tad-Dinja fir-Russja

David Beckham u Donald Trump huma fost l-aktar personalitajiet distinti li qed jimbuttaw l-applikazzjoni konġunta Stati Uniti-Messiku-Kanada biex fl-2026 issir it-Tazza tad-Dinja n-naħa l-oħra tal-Atlantiku; applikazzjoni li qed tkun sfidata mill-Marokk.

Id-deċiżjoni tal-FIFA se tittieħed illum, u hemm stennija kbira wara l-mossa kontroversjali tal-FIFA li taw it-tournament lir-Russja (din is-sena) u lill-Qatar fl-2022.

Tal-2026 mistennija tkun l-akbar Tazza tad-Dinja qatt organizzata, bi 48 team, u 80 logħba mifruxa fuq 34 ġurnata.