Lokali

Jaslu 932 immigrant fil-port ta’ Katanja

Żewġ katavri fuq il-bastiment militari Diciotti

Wasal f’Katanja kmieni dalgħodu l-bastiment militari Taljan Diciotti li fuqu hemm 932 immigrant li ġew salvati l-ġimgħa li għaddiet.

Is-salvataġġ sar f’7 operazzjonijiet separati ‘il barra mil-Libja.

Abbord il-bastiment hemm ukoll żewġ katavri ta’ immigranti li mietu fil-baħar Mediterran.

Erba’ nisa tqal diġa’ ttieħdu fi sptarijiet f’Palermo u f’Agrigento sabiex jingħataw assistenza medika, filwaqt li tifel żgħir ukoll qed jingħata l-kura mit-tobba Taljani.