Omar Pisani, ta’ 35 sena, ra sentenza ta’ ħabs tinbidel fi probation wara li l-mara li stupra ħafritlu u fl-appell instab li kien hemm nuqqas ta’ evidenza għall-arrest tiegħu.
Il-każ imur lura għall-2012 meta mara miżżewġa allegat li Pisani stupraha wara li daħlet fil-vettura tiegħu. Huma kienu jafu lil xulxin u għal xi żmien kienu wkoll f’relazzjoni.
Il-mara allegat li żammha kontra l-volontà tagħha, sawwatha u sforza atti sesswali fuqha sakemm eventwalment aċċettat li tixrob miegħu u reġa’ kellhom x’jaqsmu flimkien.
Erbat ijiem wara ddeċidiet li tirrapporta, għalkemm matul dan il-perjodu baqgħu jikkomunikaw flimkien. Matul il-proċeduri hi ħafritlu għalkemm il-Pulizija pproċedew bil-każ.
Fid-deċiżjoni finali jingħad li ma nstabux provi li l-mara kienet sfurzata tidħol fil-karozza u lanqas ħatfet l-okkażjoni li taħrab meta r-raġel niżel mill-vettura biex jixtri.
//= $special ?>

